Tfajla ta’ nazzjonalità Franċiża weġġgħet gravi wara li waqgħet f’shaft għoli, f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl. Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Paceville, f’San Ġiljan.
Huma marru immedjatament fil-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Franċiża ta’ 20 sena… li kienet daħlet f’sit li fih għaddejjin xi xogħlijiet … waqgħet f’shaft, għoli ta’ madwar sular u nofs.
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lit-tfajla. Wara, hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Aktar tard il-Franċiża kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>