Internazzjonali

Hollywood: Imut l-attur veteran Donald Sutherland fl-età ta’ 88 sena

L-attur Kanadiż Donald Sutherland, li jibqa’ magħruf għall-interpretazzjonijiet tiegħu fil-films Hunger Games, Don’t Look Now u MASH, miet fl-età ta’ 88 sena wara marda twila.

Mewtu tħabbret minn ibnu Kiefer ukoll attur rinomat – li rrefera għal missieru bħala ‘protagonista assolut fid-dinja taċ-ċinema’.

Donald Sutherland ħadem ukoll fil-famużi films Klute u The Dirty Dozen u, tul il-karriera tiegħu, kien involut fi kważi 200 produzzjoni għaċ-ċinema

Hu, fil-fatt, sar famuż għall-ewwel darba għall-parti tal-kirurgu Hawkeye Pierce fil-film komiku MASH, tal-1970, u li jitratta l-istorja ta’ grupp ta’ tobba fi żmien il-gwerra tal-Korea