HSBC Malta, riċentament iċċelebra l-25 anniversarju tiegħu b’kunċert speċjali tas-sajf, fit-Teatru Manoel, fil-Belt Valletta. Għal dan l-avveniment esklussiv, u li kien segwit minn riċeviment fil-bitħa storika tal-Palazz tal-Gran Mastru, attendew klijenti u anki klijenti premier.
Is-serata kellha wirja mużikali unika, bi produzzjoni u tmexxija tas-surmast, organista, u pjanista Ingliż, b’reputazzjoni għolja, Wayne Marshall. Magħruf għall-versatilitá u l-istil mużikali eċċezzjonali tiegħu, tul il-karriera tiegħu sal-lum, Marshall kellu rwoli prestiġjużi, fosthom il-Kap Surmast ta’ WDR Funkhausorchester f’Cologne, u Surmast mistieden prinċipali tal-Orchestra Sinfonica di Milano Giuseppe Verdi.
Dan l-avveniment serva ta’ opportunitá eċċellenti biex il-Bank jimpenja ruħu mal-klijenti stmati tiegħu u jiċċelebra r-relazzjonijiet b’saħħithom li nbnew matul dawn l-aħħar 25 sena. Il-mistednin gawdew minn lejl ta’ mużika manifika, li tirrifletti l-impenn tal-Bank li jrawwem konnessjonijiet mill-qrib mal-klijenti tiegħu.
Il-kunċert tas-sajf tal-25 anniversarju tal-HSBC Malta kien lejl ta’ mużika u ċelebrazzjoni tal-għola livell, li kompla jonora r-relazzjonijiet dejjiema li kkontribwew għas-suċċess tal-bank matul is-snin.
Mixellug għal lemin: Muriel Rutland, Head of Wealth u Personal Banking; Michel Cordina, Executive Director u Head of Business Development; Manfred Galdes, Chairman; il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono; Geoffrey Fichte, Chief Executive Officer; u Joyce Grech, Head of Commercial Banking.
//= $special ?>