Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fl-Aġġornament tal-Parlament, li hu biss tort tal-Gvern Laburista li Malta se tiddaħħal fl-excessive deficit procedure.
Claudette Buttigieg qalet li l-poplu tkellem fl-aħħar elezzjonijiet u l-Prim Ministru issa jinsab fi stat ta’ paniku bili jipprova jwarrab ir-responsabbiltà minn fuqu.
Dwar il-fatt li Malta se tiddaħħal fl-excessive deficit procedure, id-deputat Nazzjonalista qalet li dan hu biss tort tal-Gevrn Laburista; proprju għaliex il-gvern moħħu biss biex jiffinanzja l-korruzzjoni u jagħmel infiq bla rażan fuq affarijiet assurdi.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern nefaq il-miljuni fuq attivitajiet li mhumiex sostenibbli u spjegat kif il-Prim Ministru qed iwaħħal anki fil-ħaddiema tas-settur pubbliku minħabba r-riżultat elettorali.
In-nies huma uratati li l-Prim Ministru qed iwaħħal fin-nies tal-gvern u jgħidilhom li dawn għandhom impjiegi komdi. Hi appellat lill-ħaddiema tal-gvern biex ma jagħmlux xogħlijiet abbużivi għaliex il-gvern mhux se jiddefendihom.
Claudette Buttigieg sellmet lill-unions li ħarġu jiddefendu lill-ħaddiema tal-gvern u qalet li l-PN lest jaqbeż għall-ħaddiema li qed jiġu attakkati.