Sport

Il-Federazzjoni Maltija Lotta f’żewġ Tournaments Internazzjonali

Il-Federazzjoni Maltija Lotta ħadet sehem f’żewġ Tournaments Internazzjonali f’Sassari, Sardegna, wieħed tal-Lotta Olimpika u l-ieħor tal-Beach Wrestling, organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali.

Fil-57kg, Gary Giordmaina kien vicin midalja tal-Bronze. Fl-ewwel kumbattiment tilef kontra lottatur mill-Ivory Coast li se jikkompeti fl-Olimpjadi. Fit-tieni konfront tilef kontra Darian Cruz tal-Puerto Rico li wkoll se jkun fl-Olimpjadi. Fit-tielet konfront rebaħ kontra t-Taljan Carmine Caiazza biex għadda għal midalja tal-bronż fejn iltaqa’ kontra lottatur mill-Costa Rica. Giordimaina kien 6-2 fil-vantaġġ sa kemm inqabad pożizzjoni ħażina fejn tilef b’fall biex spiċċa fir-raba’ post.

Fis-74kg, Nico Zarb ukoll kellu bouts tajbin fejn tilef iż-żewġ kumbattimenti tiegħu u ma għaddiex mill-grupp tiegħu.

Fit-92kg, Cedric Zarb kien qed għall-ewwel darba f’din il-kategorija peress li fuq parir tal-kowc, niżel kategorija.

Malta ħadet sehem ukoll f’kompetizzjoni ta’ Beach Wrestling organizzat ukoll mill-Federazzjoni Internazzjonali. Malta ħadet sehem b’żewġ lottaturi, Nico Zarb 80kg u Cedric Zarb 90kg. Il-Moldovja ddominaw din il-kompetizzjoni iżda bir-rebħa li ġab Nico Zarb kontra t-Taljan Pazzona, u bil-punti li rnexxielu jirbaħ Cedric, Malta spiċċat fit-tielet post minn sitt pajjiżi.

Jesmond Giordmaina kien il-coach nazzjonali fiż-żewġ kompetizzjonijiet.

Abraham Vassallo kien referee fiż-żewġ kompetizzjonijiet.