Malta flimkien ma’ sitt pajjiżi oħra iffirmat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-bejgħ ta’ vapuri b’subbasta.
Iċ-ċerimonja tal-iffirmar, it-tieni waħda tax-xorta tagħha minn meta n-Nazzjonijiet Uniti adottat din il-konvenzjoni fl-2022, kienet ippreseduta mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.
Waqt din iċ-ċerimonja, l-Avukat Ann Fenech li hi l-President tal-Kumitat Maritimu Internazzjonali, fakkret kif li xi drabi jkun hemm każijiet fejn sidien ta’ bastimetni kbar tal-merkanzija ma jkollhomx biex iħallsu d-dejn tagħhom lill-kredituri u għalhekk ma jkollhom l-ebda għażla oħra ħlief li jbiegħu l-bastiment tagħhom.
Is-sid tal-vapur flimkien mal-krediutri jitla’ l-Qorti u b’hekk jitħallas id-dejn.
Normalment, dan il-bastiment jerġa’ jinbiegħ mill-Qorti b’subbasta u għalhekk ma jkollu l-ebda dejn marbut miegħu.
Però, kompliet tispjega Ann Fenech, ġieli jkun hemm bastimenti li jkunu nbiegħu lil terzi persuni li jkunu f’nofs ta’ baħar bil-merkanzija … u jitwaqqfu illegalment mill-kredituri li suppost ikunu mħallsa.
Bla dubju ta’ xejn, dan joħloq problemi kbar fit-trasport tal-kummerċ bil-baħar u problemi akbar fis-suq finanzjarju marritimu.
Għalhekk ,Malta flimkien ma’ Ċipru, l-Antigua u l-Barbuda, il-Kroazja, il-Kosta tal-Avorju, l-Italja u Spanja iffirmaw il-Konvenzjoni dwar il-bejgħ ta’ vapuri b’subbasta. Dan bil-ħsieb ċar biex meta bastiment jinbiegħ b’subbasta vermaent ikun ħieles minn kull dejn; kemm f’Malta kif ukoll internazzjonalment.
Il-konvenzjoni tipprovdi serħan il-moħħ lil min ikun xtara l-bastiment, hekk kif permezz ta’ din il-konvenzjoni l-bejgħ ta’ bastiment b’subbasta se jkun qed isir magħruf b’notifika fuq pjattaforma li kull min għandu smartphone jista’ jaċċessaha.
B’hekk jiġi eliminat ir-riskju li l-istess vapur jerġa’ jinqabad għal talbiet minn drittijiet jew interessi pre-eżistenti.
//= $special ?>