Il-proġett tal-inċeneratur tal-Magħtab – proġett ieħor mifni b’diversi kontroversji sa mill-bidu nett – hu saga oħra li ilha għaddejja għal diversi xhur, xejn anqas minn Ottubru.
Iżda issa, kienet il-Qorti tal-Appell li tat raġun lill-kumpanija Hitachi-Terna li daħħlet appell sabiex twaqqaf it-tender li kien ingħata lill-konsorzju li fih hemm kumpanija Maltija.
Dan it-tender li ħareġ il-Gvern għall-bini ta’ inċeneratur jiswa’ xejn anqas minn €600 miljun. Iżda issa, il-Qorti tal-Appell iddeċidiet li tilqa’ t-talbiet li saru minn Hitachi-Terna – kumpanija li kienet rappreżentata mill-avukati Adrian Delia u Matthew Paris.
Il-Qorti ddikjarat li meta ngħata t-tender, żewġ membri fil-Bord tal-Kuntratti kellhom kunflitt ta’ interess. Dan filwaqt li nġibdet ukoll l-attenzjoni fuq persuna oħra li kienet fil-Kumitat tal-Evalwazzjoni.
Hitachi-Terna kienet ġiet it-tieni bil-bid tagħha wara l-konsorzju rebbieħ; għalkemm il-proġett tal-inċeneratur kien mill-ewwel ġie deskritt bħala kontroversjali u saħansitra rregolari.
It-tender ta’ €600 miljun kien inħareġ mill-Ministeru tal-Ambjent, immexxi minn Miriam Dalli.
//= $special ?>