Żewġ żgħażagħ ħelsuha ħafif wara li nqelbu bil-karozza fit-triq ewlenija li twassal lejn iċ-ċentru tal-Mosta.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, waqt li ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena, residenti l-Mosta stess, inqaleb bil-vettura li kien qed isuq – Mazda CX-3 – li spiċċat fuq is-saqaf tagħha.
Miegħu fil-karozza kien hemm tfajla ta’ 18-il sena.
Fortunatament, iż-żewġ żgħażagħ ġarrbu biss ġrieħi ħfief, u ngħataw assistenza fil-poliklinika tal-Mosta.
//= $special ?>