Lokali

Kirkop Music Festival: Serata ta’ mużika b’risq ALS Malta+

ONSTAGE Malta ser ikunu qegħdin itellgħu Kirkop Music Festival nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju, 2024, mit-20:00 ‘il quddiem. Serata ta’ mużika u spettaklu bi dħul B’XEJN! Dan il-festival, li ser ikun qed isir fir-raħal ta’ Ħal Kirkop fi Triq Taż-Żebbiegħ, iwiegħed esperjenza indimentikabbli għal min iħobb il-mużika, li jinkludi DJs lokali tal-ogħla livell u t-tribute band Ingliża 21st Century Abba.

Kirkop Music Festival ser ikun qed jagħti l-appoġġ lill-ALS Malta+, organizzazzjoni dedikata biex ittejjeb il-ħajja ta’ dawk milquta mill-Amyotrophic Lateral Sclerosis (ALS). L-għan ta’ dan il-festival mhuwiex biss li titgawda mużika mill-aqwa, iżda li flimkien bħala komunità nappoġġjaw kawża denja u nagħmu impatt pożittiv.

Il-lineup għal dan il-festival jinkludi t-talent ta’ DJ Ryan Spiteri, DJ Panelli, u DJ Sandro, li ser ikunu qegħdin idoqqu mużika mis-snin tmenin u s-snin disgħin. Iżda dan mhux biss, għal min iħobb il-Golden era tal-mużika pop, it-tribute band sensazzjonali 21st Century Abba, ser tkun qed tinterpreta s-suċċessi kollha li tal-grupp fenomenali ABBA.

Waqt din l-attività ser ikun hemm aċċess għall-parkeġġ b’xejn fl-iskola sekondarja ta’ San Benedittu, ftit passi bogħod mill-kunċert.