Iż-żewġ nazzjonijiet se jiltaqgħu għall-ewwel darba mis-semifinali tal-Euro 2020 meta dakinhar l-Ingilterra kienet rebħet 2-1 fil-ħin barrani. Minn dakinhar, l-Ingliżi għadhom jitqiesu favoriti iżda żgur li jridu jtejbu l-prestazzjoni li kellhom fir-rebħa kontra s-Serbja.
Gareth Southgate, kowċ tal-Ingilterra qal li jista’ jieħu l-pożittiv mill-perspettiva difensiva għaliex kienu solidi biex ma kkonċedewx ħafna lill-avversarji.
Il-kowċ tad-Danimarka Kasper Hjulmand ammetta li kienu passivi wisq kontra s-Slovenja u ma kellhomx biżżejjed intensità fl-aħħar minuti tal-logħba. Huma ġejjin minn perjodu pożittiv u qed ikunu solidi fid-difiża.
Ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-1992, rebħu biss erbgħa mit-22 logħba kontra l-Ingilterra u telfa llum tpoġġihom f’pożizzjoni prekarja li jkunu eliminati, kif ġralhom fl-aħħar Tazza tad-Dinja. L-Ingliżi għandhom rekord pożittiv fil-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat Ewropew hekk kif ilhom mill-2004 ma jitilfu.
Hjulmand mistenni jżomm l-istess formazzjoni tal-Ħadd li għadda kontra s-Slovenja. Southgate fuq in-naħa l-oħra għandu dubji jekk iħallix lil Trent Alexander-Arnold f’nofs il-grawnd u jekk Phil Foden ikunx konfermat mal-ewwel 11, bi plejers bħal Anthony Gordon, Cole Palmer u Eberechi Eze jistgħu jkunu nklużi minfloku.
//= $special ?>