GREĊJA………. 8
MALTA………… 4
(2-0), (2-1), (2-1), (2-2)
Iż-żgħażagħ Maltin kellhom sfida quddiemhom u prattikament ħadd ma stenna li setgħu joħorġu rebbieħa kontra l-Greċja. Iżda għalkemm telfa tibqa’ telfa, it-tim Malti ma kellux prestazzjoni deludenti kontra avversarju b’aktar kwalità.
Dan ir-riżultat fisser li Malta spiċċat Grupp H fit-tielet post wara l-Greċja u r-Rumanija. It-tim nazzjonali ta’ taħt is-16-il sena jibda jilgħab il-logħbiet ta’ klassifikazzjoni bejn is-17 u t-32 post.
Il-Griegi ħadu vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni b’gowls ta’ Dimitrios Chatzis u Ilias Angelopoulos f’man-up maħdum brillanti. It-tim Malti ftit kien preċiż quddiem il-lasta u anki falla ż-żewġ okkażjonijiet ta’ superjorità numerika.
It-tim Malti naqqas id-distakk fit-tieni sessjoni b’xutt ta’ Thomas Fenech sakemm Dimitrios Sarros żamm il-vantaġġ doppju tal-Griegi u fl-aħħar sekonda tas-sessjoni, kien il-gowlkiper Dimitrios Berdes li għeleb lil Zack Dzanovic.
L-andament tal-logħba ma nbidilx fit-tielet sessjoni hekk kif il-Griegi baqgħu ftit aħjar. Zouzounis żied il-vantaġġ għal 5-1, Sam Engerer naqqas id-distakk iżda immedjatament wara Chatzis għamilhom 6-2.
Il-Griegi komplew jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni, bl-uniku punt pożittiv għat-tim Malti kien wieġbu fiż-żewġ okkażjonijiet wara l-gowls tal-avversarji u żammew id-distakk mhux iktar minn erba’ gowls. Malta tilgħab illum fis-7.00pm kontra l-Messiku fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
Greċja: D. Berdes (1), I. Angelopoulos (2), S. Zouzounis (1), O. Karatzas, A. Leonidakis, E. Lampatos, D. Chatzis (2), K. Patsilinakos, D. Raptis, D. Sarros (2), K. Bitsakos, A. Pimplis, P. PortokalisF
Malta: Z. Dzanovic, M. Lanzon, T. Fenech (1), A. Aquilina (1), S. Cutajar Casha, M. Cassar, S. Mifsud, S. Engerer (2), J. Pawley, J. Borg Tabone, A. Fava, P. Tabone, Z. Attard
Referee: Felipe Giroldo (Brażil), Sergio Jimenez (Spanja)
//= $special ?>