Lokali Sport

Project 100: Inizjattiva biex jinġabru €100,000 għax-xelters tal-annimali f’Matla mill-ultra atleta Fabio Spiteri

Fabio Spiteri huwa figura ta’ ispirazzjoni fid-dinja tal-isport ultra-endurance, partikolarment magħruf għall-kisbiet notevoli tiegħu fit-triathlons u sfidi fuq ir-rota  fuq distanzi twal madwar Sqallija.

Is-sena li għaddiet it-tentattiv tiegħu li jlesti d-Deca x 10 Triathlon fil-Brażil rawh jiġbor €52,000 għal cat feeders u xelters għall-annimali.

Minkejja li fit-tellieqa tas-sena li għaddiet Spiteri safa mweġġa’, il-passjoni tiegħu għall-endurance sport u l-benesseri tal-annimali ma naqsitx tant li l-Proġett 100 ġie mniedi reċentement. 

Miġbud mill-imħabba tiegħu lejn l-annimali, partikolarment dawk li huma abbandunati jew trattati ħażin u li jiddependu fuq xelters għall-annimali, Project 100 huwa kontinwazzjoni tal-isforzi ta’ Spiteri biex jiġbor eluf ta’ ewro f’fondi għal dawn l-iniżjattivi.

Din is-sena Spiteri se jkun qed jagħmel żewġ tlielaq diffiċli. Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman Quintuple f’Colmar, Franza, u d-Deca x10 Ironman, fl-Italja.

L-ewwel tellieqa tiegħu se jkun il-Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman Quintuple f’Colmar, Franza, li se jikkonsisti f’ħames distanzi tal-Ironman wara xulxin u se jibdew fl-24 ta’ Ġunju.

Il-Quintuple tikkonsisti  f’għawma ta’ 19-il km, 900km fuq ir-rota u ġirja ta’ 211km.  Din mhux ser tkun l-ewwel darba għal Spiteri f’din it-tellieqa, wara li temm din it-tellieqa sentejn ilu b’ħin totali ta’ 111-il siegħa. Din it-tellieqa se sservi tajjeb għal Spiteri peress li hija parti mill-preparazzjoni tiegħu għad-Deca x 10 Ironman aktar tard f’Settembru.

Id-Deca 10x Ironman tikkonsisti f’38km għawm, 1800km fuq ir-rota u 422km. Tant hija kkunsidrata diffiċli li din is-sena 10 persuni biss applikaw, u ħafna inqas eventwalment se jispiċċaw.

Is-sena l-oħra Spiteri safa mweġġa’ fl-attentat tiegħu fil-Brazil, iżda d-determinazzjoni li jkun l-ewwel Malti li jlesti d-Deca hi kbira. Spiteri spjega li dawn l-isforzi jsiru għaliex huma mod tajjeb biex iqanqlu interess fost il-komunità mhux sportiva biex jagħtu flus għal din il-kawża.

“Hemm inqas minn 100 persuna li rnexxielhom itemmu d-Deca, għalhekk determinat ħafna li nilħaq dan l-għan din is-sena.  Madankollu, mill-bidu tal-Quintuple sal-aħħar tad-Deca għandna madwar ħames xhur biex niġbru l-ammont immirat. Dan l-ammont se jara ikel u mediċini mqassma fost xelters u feeders tal-annimali. Qed nittama fil-ġenerożità tant magħrufa tal-Malti biex nilħaq din il-mira,” ikkummenta Spiteri.

Project 100 huwa sponsorjat minn Royal Canin Malta, GasanMamo Insurance, Betclic, Visit Malta, ProUp, u appoġġjat minn Wheel Wizard (Malta), Eurosport Malta, Garmin Malta, Go&Fun Green Energy Drink, ABUS Cycling, Rise Physio +, For A Cause Events, Masseur Philip Cachia,  24/7 Fitness Club, Waggo’s, u Kuluri.

Donazzjonijiet jista jisiru billi wieħed jikteb  “FABIO”

Revolut: +356 99816248
Paypal: rarmalta@gmail.com
Paypal: https://paypal.me/RealAnimalRights?locale.x=en_US

Donazzjonijiet SMS € 2.33 | 50617312
€ 4.66 | 50618075
€ 6.99 | 50618923
€ 11.65 | 50619260

Donazzjonijiet permezz ta’ bank transfer jistgġu jsiru fil-kont:

BOV IBAN: MT40VALL22013000000050010082877

Facebookhttps //www.facebook.com/fabio.spiteri.1