Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara waqgħa ta’ 10 filati

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:30am, il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet f’għalqa fi Triq il-Madonna tal-Ħniena, ix-Xewkija.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel mix-Xewkija stess u li għandu 68 sena, waqa’ għoli
ta’ madwar 10 filati waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’ġiebja.

Tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel li ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Brigitte Sultana kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.