Is-Serbja qed thedded li tirtira mill-Euro 2024 dwar kori bejn partitarji fil-logħba bejn il-Kroazja u l-Albanija l-Erbgħa. Il-partitarji setgħu jinstemgħu jkantaw dwar qtil ta’ Serbi fil-konfront minn Grupp B.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tas-Serbja Jovan Surbatovic sejjaħ biex tittieħed l-iktar sanzjoni b’saħħitha. Hu sejjaħ dak li ġara bħala skandaluż u se jitlob lill-UEFA biex tieħu azzjoni, anki jekk ifisser li s-Serbja ma tkomplix tikkompeti f’din l-edizzjoni.
“Se nitolbu lill-UEFA biex tikkastiga liż-żewġ federazzjonijiet. Ma rridux nipparteċipaw fiha, iżda jekk il-UEFA mhux se tikkastigahom, naħsbu kif nipproċedu. Aħna ġejna kkastigati għal każijiet iżolati u l-partitarji tagħna ġabu ruħhom ħafna aħjar minn oħrajn.
Surbatovic jinsab konvint li se jkunu kkastigati wara d-deċiżjoni tal-UEFA li tikkanċella l-akkreditazzjoni tal-ġurnalist minn Kosovo. Arlind Sadiku għamel ġest b’idejh ta’ ajkla lejn il-partitarji Serbi waqt il-konfront tagħhom kontra l-Ingilterra l-Ħadd li għadda. Dan il-ġest jirreferi għall-ajkla li tinsab fuq il-bandiera tal-Albanija, sinjal li jista’ jwassal għal tensjoni bejn is-Serbi u l-Albaniżi li jagħmlu l-maġġoranza tal-popolazzjoni fil-Kosovo.
It-Tnejn, l-Assoċjazzjoni Serba ġie akkużata mill-UEFA wara li partitarji tas-Serbja urew messaġġ li ġie ġġudikat li jwassal għal messaġġ provokattiv li mhux tajjeb għal avveniment sportiv kif ukoll li garaw oġġetti fl-istadium.
//= $special ?>