MESSIKU……………. 8
MALTA………………. 22
(3-5), (2-7), (1-4), (2-6)
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena beda l-logħob ta’ klassifikazzjoni b’rebħa faċli ta’ 22-8 kontra l-Messiku. Konfront bla storja li fih it-tim Malti ddomina mill-bidu sal-aħħar. B’dan ir-riżultat, it-tim Malti aċċerta minn post mal-ewwel 24 u fil-logħba li jmiss Malta tilgħab kontra l-Afrika ta’ Isfel.
It-tim Malti kellu l-aqwa bidu possibbli b’erba’ gowls mingħajr risposta skorjati minn Andrè Aquilina (2), Max Lanzon u Thomas Fenech. Il-Messiku qatgħu d-distakk għal 4-3 f’temp ta’ żewġ minuti sakemm Max Lanzon għamilhom 5-3.
Doppjetta ta’ Shailon Cutajar Casha u gowls ta’ Jack Pawley u Sam Engerer fl-ewwel mumenti tat-tieni sessjoni, kabbru l-vantaġġ għal 9-3. It-tim Malti kompla jkun preċiż quddiem il-lasta u saħansitra kabbar il-vantaġġ għal 12-5.
Tripletta ta’ Sam Engerer u gowl ieħor ta’ Andrè Aquilina fit-tielet sessjoni komplew ikabbru l-vantaġġ komdu. L-andament fl-aħħar sessjoni baqa’ ma nbidilx, bit-tim Malti jkompli jixxala b’doppjetta ta’ Max Lanzon u gowls ta’ Miguel Cassar, Jack Pawley, Shailon Cutajar Casha u Sean Mifsud.
Messiku: J. Castillo, A. Hurtado (2), V. Ramos (1), C.Nunez, S. del Rio, P. Ponce (2), J. Dominguez (1), S. Hernandez, E. Rivera, H. Luna, A. Tsubaki Romero (1), I. Mendoza (1), A. Solis Hernandez
Malta: Z. Dzanovic, M. Lanzon (4), T. Fenech (1), A. Aquilina (4), S. Cutajar Casha (4), M. Cassar (1), S. Mifsud (2), S. Engerer (4), J. Pawley (2), A. Fava, P. Tabone, Z. Attard, B. Lewis
Referees: Alexandru Mustata (Rumanija), Nicholas Tan (Spanja)
//= $special ?>