Lokali

Ħadd ma jindarab wara li bastiment jinħakem min-nirien fix-Shipbuilding

Ħadd ma ndarab wara li bastiment fix-Shipbuilding tal-Marsa għal xi raġuni nħakem min-nirien.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta tal-Ġimgħa waranofsinhar f’Xatt il-Mollijiet hekk kif il-bastiment inħakem min-nirien bil-konsegwenza li kkawżat daħna enormi li ntlemħet minn diversi partijiet ta’ Malta.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew minnufih jissieltu man-nirien.

Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.