Lokali

Il-Gvern għandu jagħmel l-investiment imwiegħed fil-Pitkalija – PN

L-agrikoltura qatt ma kienet prijorità għal dan il-Gvern ta’ Robert Abela u s-sitwazzjoni preżenti fil-Pitkalija qed tkompli tikkonferma dan. 

Skont il-bdiewa li ta’ kuljum jieħdu x-xogħol il-Pitkalija, is-sitwazzjoni tant iddiġenerat li saħansitra m’hemmx biżżejjed kaxxi li fihom iġorru il-frott u ħxejjex. Skont risposti għall-mistoqsijiet parlamentari li saru fl-aħħar xhur, il-gvern kien wiegħed li jixtri 60,000 kaxxa ġdida, iżda jidher li dan qatt ma immaterjalizza. Dan qed iwassal biex il-bdiewa jkollhom jaħlu sigħat prezzjużi biex jinqdew.

Ix-Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd, Toni Bezzin, qal fi stqarrija li l-Gvern għandu malajr kemm jista’ jkun jieħu l-inizjattiva u jieqaf jistenna s-sitwazzjoni tiddiġenera aktar milli diġà hi jekk tassew jemmen fl-agrikoltura u fil-bdiewa tagħna.