Il-Polonja u l-Awstrija jiltaqgħu fl-Olympiastadion f’Berlin konxji li ma jistgħux isofru telfa oħra. It-tnejn bdew b’telfa, bil-Polonja titlef lejn it-tmiem kontra l-Olanda filwaqt li l-Awstrija tilfet 1-0 kontra Franza minkejja prestazzjoni qalbiena.
Minkejja t-telfa, il-kowċ tal-Polonja Michal Probierz xorta ħa aspetti pożittivi mill-ewwel logħba fosthom li kellhom seba’ xuttijiet fil-lasta kontra tim ta’ kalibru bħat-tim Olandiż. Dik it-telfa rat sensiela ta’ tmien logħbiet mingħajr telfa tintemm.
L-Awstrija wkoll kellha sensiela ta’ logħbiet mingħajr telfa, b’total ta’ seba’ logħbiet. L-episodju ta’ Kylian Mbappe ħa l-attenzjoni prinċipali fil-logħba, iżda wieħed ma jridx jinsa li l-Awstrijaċi kellhom prestazzjoni pożittiva u żammew lill-Franċiżi attenti sal-aħħar.
L-attakkant Pollakk Robert Lewandowski mistenni jirritorna wara li tilef l-ewwel logħba minħabba li kien imweġġa’. Probierz jista’ jkun li xorta jħallih fuq il-bank tas-sostituti u jkun inkluż tul il-logħba għalkemm il-kwalità ta’ Lewandowski hi indiskutibbli. Karol Swiderski wkoll jista’ jkun utilizzat mill-bidu.
Il-kowċ tal-Awstrija Ralf Rangnick mhux mistenni jagħmel bidliet fid-difiża. Patrick Wimmer jista’ jkun inkluż mal-linja filwaqt li Marcel Sabitzer jilgħab iktar f’post ċentrali f’nofs il-grawnd. Mhux eskluż lanqas li Rangnick jagħżel li jibda b’Marko Arnautovic fl-attakk.
//= $special ?>