EURO 2024 Sport

Il-Polonja viċin l-eliminazzjoni

(Ritratt: EPA)

POLONJA……………….1

AWSTRIJA……………….3

Polonja: W. Szczesny, J. Kiwior, P. Dawidowicz, J. Bednarek, N. Zalewski, J. Piotrowski (J. Moder 46′), B. Slisz (K. Grosicki 75′), P. Zielinski (K. Urbanski 87′), P. Frankowski, A. Buska (K. Swiderski 60′), K. Piatek (R. Lewandowski 60′)

Awstrija: P. Pentz, P. Mwene (A. Prass 63′), P. Lienhart, G. Trauner (K. Danso 59′), S. Posch, F. Grillitsch (P. Wimmer 46′), N. Seiwald, M. Sabitzer, K. Laimer, C. Baumgartner (R. Schmid 81′), M. Arnautovic (M. Gregoritsch 81′)

Imwissija: B. Slisz 53′, J. Moder 62′, R. Lewandowski 64′, W. Szczesny 77′ (P), P. Wimmer 56′, M. Arnautovic 70′ (A)

Skorjaw: G. Trauner 9′, C. Baumgartner 66′, M. Arnautovic 78′ (A), K. Piatek 30′ (P)

Referee: Umut Meler (Turkija)

Żewġ gowls lejn it-tmiem ta’ Christoph Baumgartner u penalty ta’ Marko Arnautovic taw tliet punti importanti lill-Awstrija u poġġew lill-Polonja viċin l-eliminazzjoni.

Iż-żewġ timijiet kienu tilfu l-ewwel impenn tagħhom u kienu konxji li telfa tpoġġijhom f’risku li jkunu eliminati. Kienu l-Awstrija li marru fil-vantaġġ meta kien Gernot Trauner li kkonkluda b’daqqa ta’ ras perfetta. Il-Polonja wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs f’nofs l-ewwel taqsima meta wara li x-xutt ta’ Jan Bednarek kien imblukkat, kien Krzysztof Piatek li kkonkluda fil-baxx.

Fit-tieni taqsima, l-partita kompliet bl-istess ritmu u kienu l-Awstrija permezz ta’ Baumgartner li kkonkluda wara Wojciech Szczesny fis-66 minuta. It-tim ta’ Ralf Rangnick ikkonferma r-rebħa fit-78 minuta permezz ta’ penalty ta’ Marko Arnautovic.