Raġel ta’ 42 sena residenti r-Rabat, Għawdex, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur li seħħ fis-Sannat, Għawdex.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu fl-10:00 fi Triq Dun Luqa.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti s-Sannat u mutur misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>