EURO 2024 Sport

Jasal l-ewwel draw ta’ mingħajr gowls f’din l-edizzjoni

(Ritratt: EPA)

Olanda: B. Verbruggen, N. Ake, V. van Dijk, S. de Vrij, D. Dumfries, T. Reijnders, J. Schouten (G. Wijnaldum 73′), C. Gakpo, X. Simons (J. Veerman 73′), J. Frimpong (L. Geertruida 73′), M. Depay (W. Weghorst 79′)

Franza: M. Maignan, T. Hernadez, W. Saliba, D. Upamecano, J. Kounde, A. Rabiot, A. Tchouameni, N. Kante, O. Dembele (K. Coman 75′), A. Griezmann, M. Thuram (O. Giroud 75′)

Imwissi: J. Schouten 31′ (O)

Referee: Anthony Taylor (Ingilterra)

L-Olanda u Franza temmew fi draw ta’ 0-0, din kienet l-ewwel partita f’din l-edizzjoni tal-EURO 2024 li temmet b’dan ir-riżultat.

Kienet partita b’ħafna logħob f’nofs il-grawnd u ftit azzjonijiet perikolużi. Iż-żewġ timijiet kienu ġejjin minn rebħiet kontra l-Awstrija u l-Polonja rispettivament u b’hekk kemm it-tim ta’ Didier Deschamps u anke dak ta’ Ronald Koeman aktar kienu attenti li ma jsforux il-gowl milli jiskorjaw.

Fl-aħħar ħinijiet tal-partita, l-Olanda ħasbu li marru fil-vantaġġ b’konklużjoni fil-baxx ta’ Xavi Simons liema gowl kien imħassar permezz tal-VAR minħabba li r-referee ġġudika li kien hemm plejer Olandiż li kien qed joskura l-viżjoni ta’ Mike Maignan.

Dan ir-riżultat ħalla kollox miftuħ f’dan il-grupp fejn wara fl-aħħar partita, l-Olanda jilagħbu kontra l-Awstrija filwaqt li l-Franza jilagħbu kontra l-Polonja.