Lokali

Jitkeċċa l-Prinċipal tal-MCAST fl-isfond tal-azzjoni industrijali

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni keċċa lill-Prinċipal tal-MCAST Joachim James Calleja fl-isfond tal-azzjoni industrijali imposta mill-Union tal-Għalliema u li xeħtet fi kriżi lill-istudenti.

Dan ġie żvelat mill-MaltaToday hekk kif intqal ukoll li fil-jiem li ġejjin mistennija toħroġ sejħa pubblika sabiex xi ħadd jieħu post Calleja.

Din id-deċiżjoni ttieħdet waqt li l-kulleġġ tal-MCAST għaddej minn żmien xejn faċli mal-MUT rigward ftehim kollettiv li mhux qed jintlaħaq qbil dwaru għad-detriment tal-istudenti.