Il-gowl ta’ Wout Weghorst lejn it-tmiem ta dimensjoni differenti lit-tim nazzjonali Olandiż. Rebħa llum tfisser kwalifikazzjoni mal-aħħar 16 u ssaħħaħ il-kredenzjali tal-Olandiżi bħala wieħed mit-timijiet li jista’ jasal sal-finali.
Iżda l-avversarji tagħhom għandhom il-kredenzjali kollha biex mhux biss jaslu sal-finali iżda jirbħu l-kompetizzjoni. Jekk l-Olanda rebħet 2-1 kontra l-Polonja, Franza rebħet 1-0 kontra l-Awstrija.
L-attenzjoni prinċipali għal dan il-konfront hi fuq Kylian Mbappe. Il-Franċiż kiser imnieħru wara li ħabat mal-ispalla ta’ Kevin Danso u għadu mhux ċert jekk hux se jkun mal-ewwel 11. Il-Franċiżi ġejjin minn seba’ rebħiet fl-aħħar tmien logħbiet kontra l-Olanda għalkemm l-Oranje rebħu l-aħħar żewġ konfronti f’Kampjonat Ewropew.
Ronald Koeman għandu jkollu l-plejers kollha għad-dispożizzjoni hekk kif anki Brian Brobbey ingħaqad mal-iskwadra wara li kien imweġġa’ fl-ewwel logħba. Il-kowċ Olandiż irid jiddeċiedi dwar min se jmexxi l-attakk jekk hux Memphis Depay li mexxa l-attakk fl-ewwel logħba, jew Weghorst li spiċċa l-logħba bħala l-attakkant ewlieni.
Għal Franza, jekk Mbappe mhux se jibda mill-bidu, postu għandu jieħdu l-aqwa skorer ta’ Franza, il-veteran Olivier Giroud. Għajr dan id-dubju, Deschamps mistenni jutilizza l-istess plejers li bdew il-logħba kontra l-Awstrija fosthom N’Golo Kante, awtur ta’ prestazzjoni mill-aqwa f’nofs il-grawnd.
//= $special ?>