Il-plejer tal-Albanija Mirlind Daku talab apoloġija pubblika wara li kien fost korijiet dispreġjattivi fi tmiem id-draw ta’ 2-2 kontra l-Kroazja.
Il-UEFA qed tinvestiga dan il-każ wara li l-plejer deher jindirizza lill-partitarji tal-Albanija li kienu preżenti fl-istadium permezz ta’ megaphone.
Hu qal li għalih dan kien mument ta’ emozzjoni kbira iżda għaraf li naqas mir-rispett u b’hekk talab apoloġija pubblika. L-Albanija ġabu d-draw fl-aħħar sekondi tal-partita permezz ta’ Klaus Gjasula.
//= $special ?>