Lokali

AĠĠORNATA: Mara tweġġa’ gravi wara li ttajret fil-Gżira

Parti minn Rue d’Argens kellha tingħalaq għat-traffiku wara li kmieni dalgħodu ttajret mara ta’ 51 sena residenti l-Gżira.

Il-każ seħħ fit-7:45am, meta mara – li tgħix il-Gżira stess – ittajret f’din it-triq traffikuża.

Il-mara għandha 51 sena. Hi ntlaqtet minn karozza tal-għamla Mazda, li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Tas-Sliema.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.