Raġel Malti ta’ 78 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’bajja fil-Qawra.
Il-każ seħħ kmieni l-Ġimgħa filgħodu hekk kif martu innutat li kien f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.
Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar tellgħu lir-raġel mill-baħar u tawh l-ewwel għajnuna fejn ftit tal-ħin wara ssejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Iżda sfortunament l-isforzi kienu kollha għalxejn dan hekk kif ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara li ddaħħal l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>