EURO 2024 Sport

Southgate jgħid li t-tim Ingliż għadu ma sabx sostitut għal Kalvin Philips

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ Ingliż Gareth Southgate wara d-draw diżappuntanti kontra d-Danimarka, qal li t-tim tiegħu għadu ma sabx sostitut għall-midfielder Kalvin Philips.

Philips tħalla barra mill-iskwadra ta’ Gareth Southgate wara li l-plejer ma kienx qed jilgħab fit-tim ta’ Pep Guardiola ma’ Manchester City fejn sussegwentament issieħeb ma’ West Ham b’self, bl-esperjenza tiegħu ma tħallix il-frott mixtieq.

Southgate kien kritikat bl-aħrax mill-midja Ingliża għall-istil li bih it-tim Ingliż lagħab kontra d-Danimarka, kif ukoll minħabba l-esklużjoni ta’ numru ta’ plejers mill-iskwadra finali li vvjaġġat lejn il-Ġermanja.