Konferma oħra li l-Partit Laburista tilef il-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ hekk kif il-kandidat Indipendenti Steve Zammit Lupi se jkun is-Sindku l-ġdid għal din il-lokalità.
Fl-elezzjoni, Steve Zammit Lupi ġab l-akbar ammont ta’ voti hekk kif qabeż l-2,300. Huwa ġie elett flimkien ma’ ommu li wkoll ħarġet bħala kandidata Indipendenti.
Apparti Ħaż-Żebbuġ, il-Partit Laburista tilef sitta oħra li issa għandhom maġġoranza Nazzjonalista. Dan filwaqt li f’lokalitajiet bħall-Mellieħa u Birkirkara l-Partit Nazzjonalista għandu maġġoranza relattiva.
S’issa, it-tmexxija ta’ Birkirkara u l-Mellieħa għadha ma ġietx deċiża.
//= $special ?>