Lokali

U-TURN OĦRA: Abela issa jgħid li se jappoġġja lil Roberta Metsola

Wara ġimgħat ta’ attakki personali fil-konfront ta’ Roberta Metsola – wara kampanja ta’ twerwir u billboards madwar il-pajjiż kollu – issa Robert Abela ddeċieda li jagħmel u-turn oħra. Dan hekk kif wara li żgwida għal kollox u ħaddar lill-partitarji tiegħu fil-konfront ta’ Roberta Metsola, għas-sorpriża ta’ niesu stess, Abela spiċċa jiddikjara li se jkun qiegħed jagħti l-appoġġ tiegħu għan-nomina tagħha f’isem l-EPP bħala kandidati għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew…biex tkompli fit-tieni terminu tagħha.

Dan kollu jmur għal kollox kontra dak li qal Abela matul ix-xahar li għadda – fejn saħansitra kien beżża’ lin-nies illi Metsola trid il-gwerra, li idejha mċappsin bid-demm u li dak kollu li tagħmel twettqu għall-interessi personali tagħha.

Li dan kollu kien gideb li l-Labour qalgħu minn żniedu biex jipprova jimpressjona lill-elettorat bin-negattività solita tiegħu, diġà ħareġ biċ-ċar wara li l-MiUnistru Ian Borg – fl-aħħar jiem – kien sostna li huwa kburi li mar  flimkien ma’ Roberta Metsola għas-summit tal-Paċi. 

Iżda issa hija kien hemm il-konferma ta’ dan il-gideb saħansitra mill-Prim Ministru Abela nnifsu hekk kif insista li ma jixtieqx ikun partiġjan fil-konfront tagħha…u se jkun qed jagħtiha kull appoġġ, ironikament….għall-interess nazzjonali. Dan wara li kien hu u il-partit tiegħu stess li b’mod mill-aktar qarrieqi kien insista li Metsola riedet tibgħat ulied il-Maltin jiġġieldu fil-gwerra.

Biex issa, lil dik li gideb fuqha…spiċċa se jappoġjaha.

Intant, fl-aħħar sigħat, il-Kap tal-PN Bernard Grech fakkar kif wara li l-poplu ivvota ….issa Abela kellu jagħmel din il-u-turn ….jibla’ kliemu …. jaċċetta li Roberta Metsola hi l-aqwa kandidat għal President tal-Parlament Ewropew.