EURO 2024 Sport

Yaremchuk jagħti tliet punti kruċjali lill-Ukrajna

(Ritratt: EPA)

SLOVAKKJA……………….1

UKRAJNA…………………..2

Slovakkja: M. Dubravka, D. Hancko (T. Suslov 67′), M. Skriniar, D. Vavro, P. Pekarik, O. Duda (L. Benes 60′), S. Lobotka, J. Kucka, L. Haraslin (A. Obert 67′), R. Bozenik (D. Strelec 60′), I. Schranz (L. Sauer 86′)

Ukrajna: A. Trubin, O. Zinchenko, M. Matviienko, I. Zabarnyi, O. Tymchuk, V. Brazhko (S. Sydorchuk 85′), M. Shaparenko (M. Talovierov 92′), M. Mudryk (R. Malinovskyi 85′), H. Sudakov, A. Yarmolenko (O. Zubkov 67′), A. Dovbyk (R. Yaremchuk 67′)

Imwissi: R. Yaremchuk 84′ (U)

Skorjaw: I. Schranz 17′ (S), M. Shaparenko 54′, R. Yaremchuk 80′ (U)

Referee: Michael Oliver (Ingilterra)

Roman Yaremchuk skorja l-gowl deċiżiv f’rebħa kruċjali li l-Ukrajna kellhom kontra l-Islovakkja bl-iskor ta’ 2-1.

Kienu l-Islovakkja li marru fil-vantaġġ wara 17-il minuta meta kien l-attakkant prolifiku Ivan Schranz li wara 17-il minuta għeleb lill-goalkeeper Ukren. B’dan il-gowl Schranz ingħaqad ma’ Jamal Musiala fil-lista tal-aqwa skorers tal-kompetizzjoni.

L-Ukrajna wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u ġabu l-iskor indaqs fl-54 minuta meta kien Mykola Shaparenko li kkonkluda mill-viċin fuq cross ta’ Oleksandr Zinchenko. Għaxar minuti mit-tmiem kien is-sostitut Yaremchuk li skorja dak li kellu jkun il-gowl li ddeċieda l-partita.