Ġeorġja: G.Marmardashvilli, S.Kverkvelia (G. Gvelesiani 82’), G.Kashiam L.Dvali, O.Kakabadze, G.Kochorashvili, A.Mekvabishvili, Z.Davitashvili (G. Chakvetadze 62’), G.Tsitaishvili (L.Lochoshvili 62’), G.Mikautadze (G.Kvilitaia 88’), K.Kvaratskheila(S.Lobzhanidze 82’)
Ċeka Repubblika: J.Stanek, T.Holes, R.Hranac, L.Krejci, V.Coufal, T.Soucek, L.Provod (A.Barak 81’), D.Jurasek (P.Sevcik 81’), V.Cerny (M.Jurasek 55’), A.Hlozek (O.Lingr 55’), P.Schick (M.Chytil 69’)
Imwissija: G.Kashia 36’, G.Gvelesiani 82’, A.Mekvabishvili 83’, G.Kochorashvili 90’ (G) V.Coufal 18’, L.Provod 40’, D.Jurasek 47’, T.Holes 53’, T.Soucek 81’ (R)
Skorjaw: G.Mikautadze (G), P.Schick 59’ (Ċ)
Referee: Daniel Siebert (Ġermanja)
Fi Grupp F kollox għadu miftuh, speċjalment fil-ġlieda għat-tielet post wara d-draw ta’ gowl kull wieħed bejn il-Ġeorgia u ċ-Ċeka Repubblika. Partita kumbattuta u intensiva, li pproduċiet l-iżjed ammont ta’ karti fil-EURO 2024 s’issa.
Kienu ċ-Ċeka Repubblika li fetħu l-iskor l-ewwel permezz ta’ Adam Hlozek li kellhu l-ewwel konklużjoni tiegħu salvata mill-goalkeeper ta’ Valencia Marmardashvilli, madankollu kompla ġewwa bi spaltu u l-ballun imiss ma’ idu qabel ma jaqbeż il-linja, bil-gowl jiġu anullat wara li r-referee għamel konsultazzjoni mal-VAR.
Nofsiegħa logħob mimilija azzjonijiet, Kvaratskheila joħloq azzjoni fis-27 minuta wara li qabeż numru ta’ plejers mix-xellug, pero l-attakkant ta’ Napoli ma rnexxielux jikkonkludi fix-xibka.
Żewġ minuti wara l-istess Hlozek fiċ-ċentru tal-azzjonijiet taċ-Ċeki, madankollu jkompli jirbaħ id-dwelli Mamardshvili li evita l-konklużjoni ċentrali tal-attakkant.
Fil-45 minuta azzjoni perikoluża immens għall-Ġeorġja kkrejata mill-captain Kashia minn pożizzjoni laterali li jsib lill-goalkeeper Stanek li joħroġ għall-ballun, madankollu d-difensuri ċeki jolqtu l-ballun u kważi jiskorjaw fil-lasta tagħhom.
Ftit sekondi wara l-Ġeorġja reġgħu perikolużi, b’din id-darba jsibu x-xibka, kien GEORGES MIKAUTADZE li sab ix-xibka minn penalty li wasal minn handsball ta’ Hranac, biex b’hekk daħlu għal ħin tal-mistrieħ fil-vantaġġ.
Fit-tieni taqsima Ġeorġja baqgħu jattakkaw, fis-57 minuta kontrattakk veloċi ta’ Kvaratskheila li rriżultat f’pass żbaljat lejn Mekvabshvili quddiem il-lasta tal-avversarji.
Żewġ minuti wara ċ-Ċeki jagħmlu l-iskor indaqs. Kien it-talisman Patrick Schick li niżżel ismu mal-iskorers għall-ewwel gowl tiegħu f’EURO 2024 wara li xeħet ġewwa minn ftit metri ‘l bogħod.
Fis-96 minuta azzjoni kbira għall-Ġeorġja li setgħu jieħdu l-vantaġġ faċilment minnha fl-aħħar sekonda tal-partita. Kontrattakk veloċi tal-attakkanti Ġeorġjani, kien is-sostitut Lobzhanidze li tefgħa għoli ħafna minn taħt il-lasta.
//= $special ?>