Sigurtà għolja ma’ kull partita skedata tal-Euro 2024 tant li f’partita waħda, dik bejn l-Ingliżi u d-Danimarka, ġew arrestati mat-tmien partitarji Ingliżi fi Frankfurt.
Jidher li wieħed minn dawk arrestati pprova jidħol fl-istadium liebes ta’ referee, b’persuna oħra li kienet qed issuq e-scooter waqt li kienet fis-sakra u oħrajn ġew arrestati wara li ġarrbu lil persuni oħra xi ġrieħi.
Dawk arrestati kienu kollha partitarji Ingliżi fejn minkejja li saru dawn l-arresti, ma nħoloqx kaos fit-toroq ta’ madwar l-istadium.
//= $special ?>