Illum, se tkun qed issir maratona ġbir ta’ fondi mill-Partit Nazzjonalsita sabiex uffiċjalment tingħalaq il-kampanja tal-elezzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsilli Lokali ‘Għalik’.
Waqt il-programm Net Live l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione qal li l-Partit Nazzjonalista għamel kampanja intensiva ħafna però saret b’responsabbiltà kbira.
Alex Perici Calascione spjega wkoll li din il-maratona tagħlaq kapitlu u tiftaħ ieħor.
Il-maratona ġbir ta’ fondi se tibda nhar il-Ħadd fl-4 pm fejn se tkun miftuħa mill-preżentaturi Charles Camenzuli, Paula Birffa u Rebecca Toutoungi flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalsita, Michael Piccinino u s-Segretarju Eżekuttiv Oganizzattiv, Stefan Caruana.
Il-maratona se tinkludi wkoll divertiment fosthom mill-kantanti Vince Fabri, Aldo Busuttil, Rita Pace u Mike Spiteri, fost oħrajn.
Dawk li jixtiequ jgħinu lill-Partit Nazzjonalista kif ukoll lill-midja tal-Partit jistgħu jagħtu donazzjonijiet ta’ €10, €25, u €50 permezz ta’ telefonati jew donazzjoni ta’ €6.99ċ permezz ta’ SMS.
Intant, kulħadd huwa mistieden biex jattendi d-Dar Ċentrali matul il-ħin tal-maratona biex jagħti d-donazzjoni tiegħu kif ukoll jsegwi l-maratona.
//= $special ?>