Lokali

Investigazzjoni ma wasslet għall-ebda evidenza dwar l-istorja taz-zalzett

l-aħħar sigħat saret spezzjoni mid-Direttorat tal-Annimali u mill-ispetturi tas-sanità. U s’issa mhemm l-ebda evidenza li qed jiġi manifatturat zalzett Malti minn klieb u qtates.

Waqt il-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq l-RTK intqal illi s’issa mhemmx evidenza ċara li kien qed jinbiegħ zalzett li kien ġej minn annimali bħal klieb u qtates – tant li ma sar ebda rapport, lanqas mal-Pulizija.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet illi saret investigazzjoni fuq dan ir-raġel Għawdxi illi kien qed jintqal li beda ibiegħ dan it-tip ta’ zalzett; iżda l-ħanut tiegħu kien ilu snin magħluq.

Il-Professur Gauci iddikjarat ukoll li ħadd ma daħal l-isptar b’effetti ta’ ikel ħażin.

Alison Bezzina, il-Kummissarju tal-Annimali, minn naħa tagħha iċċarat il-fatt li legalment m’għandiex awtorità tinvestiga każijiet bħal dawn.