EURO 2024 Futbol Sport

Il-Portugall mal-aħħar 16 wara rebħa komda fuq it-Turkija

(Ritratt: EPA)

Turkija: A.Byandir, Z.Celick, S.Akaydin (M.Demiral 75’), A.Bardacki, F.Kadrioglu, H.Calhanoglu, K.Ayhan (I.Yuksek 58’), Y.Akgun (A.Guler 70’), O.Kokcu, K.Akturkoglu (K.Yildiz 58’), B.Yilmaz

Portugall: D.Costam J.Cancelo (N Semedo 68’)., Pepe (A.Silva 83’), R.Dias, N.Mendes, Vitinha (J.Neves 88’), J.Palhinha (R.Neves 46’), B.Fernandes, B.Silva, C.Ronaldo, R. Leao (P.Neto 46’)

Imwissija: A.Bardacki 25’, S.Akaydin 42’, Z.Celik 42’ (T) R.Leao 39’, J.Palhinha 45’ (P)

Skorjaw: B.Silva 21’ S.Akaydin (OG) 28’, B.Fernandes 56’ (P)

Referee: Felix Zwayer

Intemmet ukoll it-tieni ġurnata minn Grupp F fejn Portugall ikkonfermaw posthom mal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni wara r-rebħa devastanti li kisbu kontra t-Turkija fis-Signal Induna Park, bl-iskor finali jkun 3-0.

Il-Portugiżi fetħu l-iskor wara 21 minuta logħob permezz tal-midfielder Bernardo Silva li kellhu prestazzjoni ħafna aħjar minn dik tal-ewwel logħba. Kien kross devjat ta’ Nuno Mendes li eventwalment wasal għand Silva li għeleb bla diffikultà lil Bayindir.

It-tim ta’ Roberto Martinez ma damx ma jerġgħa jsib ix-xibka, din id-darba mill-autogowl ta; Samet Akaydin. Id-difensur ċentrali xeħet fix-xibka tiegħu meta mingħajr l-ebda tip ta’ pressjoni qassam lura lejn il-goalkeeper Bayindir li ma kienx f’postu,  bil-ballun ikompli dieħel fix-xibka.

B’dak il-gowl il-Portugall daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ żewġ gowls u prestazzjoni mill-aqwa li tkompli turi għalfejn huma fost il-favoriti għal din il-kompetizzjoni.

Fit-tieni taqsima l-pressjoni Portugiża ma waqfitx, tant kemm hu hekk 10 minuti wara t-tifsira tal-bidu tat-tieni taqsima, Portugall reġgħu skorja din id-darba għat-tielet gowl tal-partita. Kien il-midfielder Bruno Fernandes li xeħet f’ xibka vojta wara li rċieva l-ballun mingħand il-leġġenda Cristiano Ronaldo, li ħarab b’ġirja wara d-difiża Torka u lagħab lejn l-eks sieħbu tal-istess team Fernandes.

Fil-91 minuta azzjoni għall-Portugall għal darb’oħra kkrejata minn Ronaldo li jilagħab f’saqajn Silva, bil-plejer ta’ Manchester City jara l-konklużjoni tiegħu devjata mis-sostitut Demiral.