Id-difensur veteran Portugiż Pepe estenda r-rekord tiegħu bħala l-ixjeħ plejer li qatt lagħab fl-istorja tal-EURO, fl-eta’ ta’ 41 sena u 117-il ġurnata meta kien involut fil-partita kontra ċ-Ċeka Repubblika fl-ewwel ġurnata, u reġgħa estenda dan ir-rekord ilbieraħ kontra t-Turkija.
Ir-rekord preċidenti kien għand il-goalkeeper Ungeriż Kiraly li lagħab fil-EURO 2016 fl-eta’ ta’ 40 sena u 86 ġurnata meta lagħab kontra l-Belġju fir-rawnd tal-aħħar sittax, fejn tilfu bl-iskor ta’ 4-0.
Qabel Pepe, il-plejer l-ixjeħ plejer li lagħab li m’huwiex goalkeeper kien Lothas Matthaus f’Euro 2000 fl-eta’ ta’ 39 sena u 91 ġurnata fl-aħħar partita tiegħu mat-tim nazzjonali Ġermaniż.
Wara karriera ta’ iktar minn 23 sena, Pepe qiegħed jilagħab ma’ Porto FC fejn ilu hemm mill-2019. Din hija t-tieni esperjenza tiegħu ma’ Porto wara li kien jilagħab magħhom bejn il-2004 u 2007.
//= $special ?>