Lokali

Pilota titkeċċa minn ma’ Virgin Atlantic wara li kienet qed taħdem ukoll ma’ KM Malta Airlines

Il-pilota Danica Theuma ġiet imkeċċija minn mal-kumpanija tal-ajru, Virgin Atlantic wara li nstabet li fl-istess waqt kienet qed taħdem mal-kumpanija, KM Malta Airlines.

Hu mifhum li Theuma kienet ilha taħdem maż-żewġ kumpaniji sa mill-inqas Diċembru 2023. Tul dawn l-aħħar xhur, jidher li Theuma kienet qed isservi lil KM Malta Airlines u fil-ġranet suppost ta’ mistrieh tagħha, kienet ittir lejn Londra sabiex isservi lil Virgin Atlantic minn Heathrow.

Kull kumpanija, skont il-proċedura, titlob li l-piloti u l-membri tal-ekwipaġġ jieħdu ammont ta’ ġranet ta’ mistrieh qabel jerġgħu joperaw titjira oħra. Dan sabiex ikun assigurat is-sigurtà tal-membri tal-ekwipaġġ kollha u anke tal-passiġġiera, proċedura li kull membru tal-ekwipaġġ għandu josserva b’obbligazzjoni.

Filwaqt li Virgin Atlantic ħadet azzjoni dwar dan mal-mument li skopriet dwar dan, KM Malta Airlines żammet l-impjieg ta’ Theuma. B’isem Malta jiċċappas ma’ pajjiżi internazzjonali, tant li din l-aħbar ixxandret f’diversi siti differenti.