EURO 2024 Futbol Sport

Punti ugwali fi Grupp E wara r-rebħa tal-Belġju fuq ir-Rumanija

(Ritratt: EPA)

Belġju: K.Casteels, T.Castagne, WFaes, J.Verthonghen, A.Theate (Z.Debast 77’), Y.Tielemans (O.Mangala 72’), A.Onana, D.Lukebakio (L.Trossard 56’), J.Doku (Y.Carrasco 72’) K.De Bruyne, R.Lukaku

Rumanija: F.Nita, A.Ratiu (D.Socescu 90’), R.Dragusin. A.Burca, N.Banci, M.Marin (D.Olaru 68’), R.Marin, D.Man, N.Stancu, V.Mihaila (I. Hagi 68’), D.Dragus (D.Albec 81’)

Imwissija: D.Lukebakio 36’ (B), N.Bancu 59’, M.Marin 65’ (R)
Skorjaw: Y.Tielemans 2’, K.De Bruyne 79’ (B)
Referee: Szymon Marciniak (Polonja)

Fil-Cologne Stadium, il-Belġju ħadu l-ewwel rebħa tagħhom f’din l-edizzjoni hekk kif għelbu lir-Rumanija 2-0 bla ebda diffikultà. Dak li kien jidher bidu pożittiv għar-Rumeni wara li rebħu l-ewwel partita 3-0 fuq l-Ukrajina ma kienx il-każ f’din il-partita.

Tlett punti kruċjali għall-Belġju li jitfa’ l-4 timijiet fi grupp E kollha bl-istess ammont ta’ punti qabel l-aħħar partita tal-gruppi.

Il-Belġju ħarġu fuq l-offensiva mal-ewwel tifsira tant kemm hu hekk li l-midfielder ta’ Aston Villa YOURI TIELEMANS sab ix-xibka wara biss żewġ minuti logħob. Tielemans fetaħ l-iskor b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa mill-azzjoni maħduma tajba minn Jeremy Doku, b’ Romelu Lukaku jkun il-plejer li jagħti s-suġġeriment finali.

Għaxar minuti wara u l-Belġjani jkomplu jattakkaw, Jeremy Doku mix-xellug ikompli jkun perikoluż hekk kif jixħet kross ċentral fil-kaxxa fejn hemm isib lil Romelu Lukaku, bl-attakkant ta’ Chelsea ma jirnexxilux jikkonkludi u Bancu jitfa’ barra għall-korner.

L-ewwel taqsima tintemm 1-0, bil-Belġjani bla dubju jkunu l-aqwa tim fil-ground.

Fil-65 minuta kompliet l-isfortuna ta’ Lukaku matul din l-edizzjoni hekk kif l-attakkant għadu jfittex l-ewwel gowl tiegħu. Huwa ħasb li dan il-gowl wasal meta tefa’ gewwa mill-pass preċiż ta’ De Bruyne, madankollu l-attakkant Belġjan kien f’pożizzjoni rregolari u b’hekk il-gowl tħassar.

Ir-Rumanija rrispondew 5 minuti wara bl-ewwel azzjoni perikoluża tagħhom, kien Denis Man li daħal b’ġirja fil-kaxxa u xxutja lejn il-lasti ta’ Casteels, bil-goalkeeper jevita tajjeb.

Fid-79 minuta KEVIN DE BRUYNE għamel l-iskor 2-0 meta minn pass twil tal-goalkeeper Casteels il-ballun jasal għand id-difensuri Rumeni li ma rnexxielhom jikklerjaw barra u l-ballun jasal f’saqajn De Bruyne li bil-lemin ma jaħfirx u jikkonferma t-tlett punti fundamentali fil-mixja lejn il-kwalifikazzjoni.