Roger Agius kompla jikxef il-manuvri li saru minn Kastilja b’rabta mal-iskandlu tal-benefiċċji soċjali. Dan meta ddikjara li esponenti għolja f’Kastilja wiegħduh li jekk ibiddel l-avukat tiegħu Jason Azzopardi, huwa ma kienx jitressaq ‘l Qorti.
Roger Agius għamel din l-istqarrija meta s-Sibt filgħodu kien mistieden fil-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq l-RTK – L-istess Roger Agius li kien l-eks xufier tas-Segretarju Parlamentari, Andy Ellul waqt li kellu ordni li ma jsuqx ħabba li jbati mill-kundizzjoni tal-epilessija … u wieħed mill-ħamest irġiel akkużati li organizzaw l-iskema frawdolenti li ppermettiet lill-benefiċjarji biex jirċievu b’mod frowdolenti pagamenti ta’ benefiċċji soċjali ta’ kull xahar għal diżabbiltà severa li fil-fatt ma sofrewx minnha.
Roger Agius ikkonferma li s-sena li għaddiet minn Kastilja wegħduh li jekk ibiddel l-avukat tiegħu Jason Azzopardi huwa ma kienx jitressaq il-Qorti. Din id-dikjarazzjoni ġiet ikkonfermata wkoll mill-avukat Jason Azzopardi nnifsu fejn semma’ kif kellu diversi klijenti oħra b’rabta ma’ dan il-każ li ġew imwiegħda l-istess ħaġa mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Roger Agius spjega kif sa Marzu tas-sena li għaddiet kien għadu jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru .. u kien jintuża’ bħala ‘runner’.
Roger Agius allega wkoll li Mark Calleja magħruf bhala “Il-Gulija” – li huwa ‘Person of Trust’ ta’ Michael Falzon – kemm-il darba serraħlu rasu li kemm idum il-Ministru Falzon ma jkollhom “trouble” qatt. Dan filwaqt li Agius semma’ kif permezz ta’ dan l-iskandlu il-flus li kienu jgħaddu għand nies li ma kellhomx id-diżabbiltà li kienu jniżżlu fl-applikazzjoni kienu kbar…. kollha mit-taxxi tal-poplu.
Fl-aħħar jiem l-istess Roger Agius – stqarr fil-Qorti li lest jixhed kontra l-Person of Trust tal-Ministru Michael Falzon, Mark Calleja waqt li kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tat-tabib Silvio Grixti u oħrajn rigward l-iskandlu tal-benefiċċji soċjali.
//= $special ?>