Turkija v Portugall
Iż-żewġ timijiet li bdew b’rebħa fi Grupp F se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin fit-tieni partita ta’ dan il-grupp fejn rebħa għal wieħed minn dawn it-timijiet tkun tfisser kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss. Fl-ewwel partita, l-Portugall rebħu fl-aħħar ħinijiet kontra r-Repubblika Ċeka filwaqt li t-Turikja għelbu lill-Georgia.
Il-kowċ Tork Vincenzo Montella qal li din kienet l-ewwel darba li t-tim tiegħu rnexxielu jirbaħ l-ewwel partita tal-grupp fil-Kampjonati Ewropej.
Roberto Martinez il-kowċ tal-Portugall, qal li rnexxielhom jirbħu kontra r-Repubblika Ċeka għaliex urew li huma tim resiljent u rnexxielhom jemmnu sabiex jirbħu din il-partita.
Georgia v Repubblika Ċeka
Partita oħra minn Grupp F hija bejn il-Georgia u r-Repubblika Ċeka, iż-żewġ timijiet li bdew din il-kompetizzjoni b’telfa. Telfa għal wieħed minnhom tkun tfisser eliminazzjoni minn dan it-tournament.
Willy Sagnol il-kowċ tal-Georgia qal li t-tim tiegħu jrid iħares lejn l-istampa l-kbira hekk kif li huma jinsabu f’din il-kompetizzjoni diġa hija xi ħaġa straordinarja għall-pajjiż bħall-Georgia. Hu żied li l-għan hu li t-tim tiegħu javvanza mill-fażi tal-gruppi.
Ivan Hasek, kowċ tar-Repubblika Ċeka qal li l-avversarji tat-tim tiegħu jilagħbu b’intensità u huma offensivi ħafna. Hu qal li t-tim tiegħu prepara sabiex jirbaħ din il-partita.
Belġju v Rumanija
F’partita minn Grupp E, il-Belġu se jilagħbu kontra r-Rumanija. Il-Belġju se jkunu qed ifitxxu li jirbħu l-ewwel partita tagħhom hekk kif iddiżappuntaw bil-kbir kontra l-Islovakkja. Minn naħa tagħhom, kontra kull mistenni r-Rumanija kellhom bidu mill-aqwa hekk kif kisbu rebħa konvinċenti kontra l-Ukrajna.
Id-difensur tal-Belġju Jan Vertonghen qal li minkejja kollox xorta jemmen lit-tim tiegħu jista’ javvanza għall-fażi li jmiss. Hu stqarr li dan ma kienx il-bidu li huma stennew u xorta waħda se jibqgħu pożittivi.
Edward Iordanescu, kowċ tar-Rumanija qal lill-plejers tiegħu sabiex ma jinsew li diġa għandhom tliet punti f’idejhom u b’hekk iridu jkomplu jirbħu.
//= $special ?>