Serata oħra ta’ suċċess tat-tieni edizzjoni tal-‘Premju Formidabbli’ organizzata mid-Deputat u Shadow Minister tal-PN, Ivan Bartolo fejn l-għan ewlieni ta’ din is-serata kien li jingħata rikonoxximent lil dawk il-persuni li minkejja sfidi fil-ħajja taghhom, baqgħu għaddejjin b’ħidma kontinwa b’risq soċjetà aħjar.
F’din is-serata, l-messaġġ ewlieni kien li kulħadd għandu dritt jilħaq il-potenzjal sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja u kulħadd għandu dritt igawdi kwalità ta’ ħajja għolja.
Għaldaqstant, twassal il-messaġġ tal-importanza li nżommu f’moħħna u ngħarfu li ħaddieħor huwa importanti għalina, b’mod speċjali persuna b’diżabilità li minkejja l-impediment fil-ħajja tiegħu jew tagħha, jagħmlu ħilithom biex jibnu soċjetà aħjar.
Fil-messaġġ tiegħu għal din l-okkazzjoni, id-Deputat Ivan Bartolo spjega kif wara ħidma twila din l-idea saret realtà. Huwa tkellem dwar l-ħsieb wara dan il-premju, fosthom li jiġi espost ix-xogħol li ħafna drabi jkun moħbi fis-skiet f’ħajja ordinarja u għalhekk b’dan l-unur qed jiġu ppremjati l-valuri u l-aġir tal-individwu.
Għal din is-sena il-ħames persuni rebbieħa tal-Premju Formidabbli huma Anna Abela, Jeanesse Abela, Alfred Difesa, Raisa Falzon u Joseph Micallef fejn ilkoll għandhom xi ħaġa komuni bejniethom, dik li minkejja b’impediment tal-ħajja, xorta waħda jagħżlu li, min b’mod u min b’ieħor, jagħżlu li jagħmlu l-ġid fid-soċjetà Maltija.
F’din is-serata persuni oħrajn ngħataw ċertifikat ta’ Onorifiċenza.
//= $special ?>