Atlethics Malta kellhom prestazzjoni mill-aqwa fil-Kampjonat tan-Nazzjonijiet Żgħar tal-Ewropa hekk kif kisbu 5 medjalji tad-deheb u temmew fit-tieni post f’Ġibiltà s-Sibt li għadda.
It-tim kien immexxi minn Mario Bonello, u kkompeta ma’ bosta nazzjonijiet żgħar li jagħmlu parti mill-GSSE kif ukoll pajjiżi oħrajn ta’ livell għoli.
Team Malta temm l-esperjenza tiegħu b’total ta’ 5 medalji tad-deheb, 6 medalji tal-fidda u 3 tal-bronz.
Gina McNamara kienet l-atleta li rebħet l-ewwel deheb għal Malta fit-tiġrija tal-1500 metru
Jared Micallef rebaħ id-deheb fit-tiġrija tat-800 metru meta daħal bil-ħin ta’ 52.87 sekonda.
Fl-avvenimenti tal-isprints Team Malta rnexxielu jagħmel dopjetta fil-200 metru hekk kif Charlotte Wingfield temmet l-ewwel bil-ħin ta’ 24.30 sekonda. Carla Scicluna temmet fit-tieni post.
Team Malta ħalla l-aħjar għall-aħħar fis-Swedish Relays tal-irġiel u tan-nisa. Janet Richard, Carla Scicluna, Charlotte Wingfield u Claire Azzopardi temmew qabel Ċipru biex rebħu d-deheb.
Fil-kategorija tal-irġiel, Graham Pellegrini, Omar El Aida Chaffey, Matthew Gala Soler u Beppe Grillo rebħu d-deheb.
//= $special ?>