Ilbieraħ tard filgħaxija komplew jintlagħbu l-ewwel partiti minn Grupp A u Grupp B tal-Copa America.
Minn Grupp A, Peru rnexxiehom iżommu l-forza ta’ Chile fi draw ta’ 0-0. Minkejja n-nuqqas ta’ gowls bla dubju ma kienitx nieqsa mill-azzjonijiet, hekk kif din il-partita pproduċiet 37 foul.
Minn naħa l-oħra fi Grupp B, Il-Venezwela u l-Messiku bdew l-esperjenzi tagħhom fil-Copa America fuq sieq tajba hekk kif għelbu lil Ekwador u li Ġamajka rispettivament.
L-Ekwador bdew fuq nota ħażin mil-ewwel hekk kif wara 22 minuta tkeċċa t-talisman Enner Valencia, madankollu pattew għal dan b’gowl fl-40 minuta biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ.
Ir-rimonta tal-Venezwela bdiet ftit wara s-siegħa logħob permezz ta Jhoendr Cadiz li skorja l-gowl tad-draw, segwit mill-gowl tar-rebħa ta’ Eduardo Bello.
Għal Messiku, kien il-gowl ta’ Gerardo Arteaga li ddetermina l-partita u ta t-tlett punti kruċjali fil-mixja lejn il-kwalifikazzjoni mill-gruppi.
Intant il-lejla tard figħaxija jintlagbu l-partiti minn Grupp C bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Bolivja kif ukol il-partita bejn L-Urugwaj u l-Panama.
//= $special ?>