L-akkuża li l-Uffiċju tal-Prim Ministru jinsab involut f’cover up ta’ reati kriminali hija akkuża serja ħafna. Il-Prim Ministru ma jistax jibqa’ sieket quddiem din l-akkuża mill-aktar gravi.
Hekk sostniet l-għaqda Repubblika fi stqarrija fejn insistiet li l-verità sħiħa għandha ssir magħrufa dwar l-akkużi gravi li għamel Roger Agius dwar l-Uffiċju tal-Prim Ministru u dwar il-Pulizija biex isir cover up ta’ reati kriminali.
Repubblika kompliet tgħid li ma jistax ikun li akkużi gravi bħal dawn ma jkunux investigati f’pajjiż demokratiku u pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea. Ma jistax ikun li ssir allegazzjoni li l-Uffiċju tal-Prim Ministru pprova jirranġa biex persuna ma tikxifx reat kriminali u l-Prim Ministru ma jgħid xejn.Ma jistax ikun li l-Pulizija tinvesitiga allegazzjoni gravi li l-Puliizja nnifisha għaddiet informazzjoni lill-membri tal-Kabinett dwar dak li ntqal dwarhom waqt invesitgazzjoni kriminali.
“Is-skiet tal-Prim Ministru huwa insult lilna lkoll” qalet Repubblika.
Repubblika temmet tgħid li mhi ser taċċetta qatt li l-Gvern jaħbi attentat ta’ cover up ta’ reati kriminali minn membri tiegħu. M’aħniex ser nieqfu qabel toħroġ il-verità sħiħa u min naqas jirrispondi ta’ għemilu.
//= $special ?>