Lokali

Infjorata ta’ 10 metri b’San Pawl fin-nofs għall-Festa ta’ Corpus

Għad-disa’ sena konsekuttiva grupp ta’ Rabtin ħejjew infiorata għall-festa ta’ Corpus li tant Maltin u turisti jmorru jżuru bi ħġarhom.

Christopher  Callejja li kien il-moħħ wara l-infjurata ta’ din is-sena spjegalna li din is-sena l-infjurata tlaħħaq l-10 metri u t-tema  ta’ din is-sena tfakkar il-250 sena minn meta waslet l-istatwa ta’ San Pawl f’din il-Knisja.

Christopher Callejja spjegalna wkoll il-proċess ta’ kif isir din l-infjurata, li minkejja l-kobor tagħha xorta ssir f’Ġimgħa u nofs.

B’kollox din l-infjurata jaħdmu fuqha madwar 30 voluntier li huma kollha Rabtin u li l-iżgħar voluntiera fosthom għandha biss 11-il sena.

Din l-infjurata inħadmet fil-kennirja biswit il-Grotta fejn kien għix San Pawl u fejn saret l-ewwel Ewkaristija f’Malta.