Somalu ta’ 29 sena nżamm arrestat b’rabta ma’ użu ta’ vjolenza waqt serqa f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ fil-15 ta’ Ġunju li għadda.
Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, is-Somalu ġie mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq il-vittma, li żammu kontra l-volontà tiegħu biex jisirqu kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih, bil-Maġistrat żammitu taħt arrest filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.
//= $special ?>