Fil-konferenza ta’ qabel l-aħħar partita ta’ Grupp C bejn l-Ingilterra u s-Slovenja, il-captain tat-tim Ingliż u l-attakkant prolifiku ta’ Bayern Munich, stqarr li huwa jinsab lest u frisk, minkejja li t-tim ma kellux il-bidu ideali. Huwa ħeġġeġ lis-sapporters u lil sħabu jibqgħu kalmi u jibqgħu javdaw fihom u fil-kowċ. Huwa kompla jżid li qed jittama li l-partita kontra s-Slovenja tkun l-ewwel pass fid-direzzjoni li hemm bżonn jekk l-Ingliżi jridu jirbħu din il-kompetizzjoni.
Huwa assigura għalkollox li jinsab fiżikament u mentalment lest, u ċaħad għalkollox l-għajdut li huwa mweġġa’. Kane ma kienx involut fl-aħħar partita mal-Bayern Munich minħabba xi uġigħ f’daru, u kien għadu qiegħed iġorr dan l-uġigħ sal-ewwel partita kontra s-Serbja.
Kane kkummenta wkoll fuq il-mod li t-tim Ingliż qiegħed jilgħab, u stqarr li l-prestazzjonijiet ma kinux l-aħjar, iżda qal li issa jidher li qabdu l-forma anke waqt it-taħriġ u qiegħed jemmen li jistgħu jirbħu l-aħħar partita u jtemmu l-grupp bla telfa.
//= $special ?>