Żewġ Sirjani ngħataw sentenza sospiża wara li ammettew li fit-13 ta’ Ġunju li għadda ħarqu żewġ karozzi bil-konsegwenza li għamlu ħsara fuq numru ta’ karozzi oħra li kienu pparkjati fil-qrib.
Fil-Qorti huma ġew mixlija li taw in-nar żewġ karozzi, li għamlu ħsara fuq karozzi oħra, kif ukoll li kisru l-buon ordni.
Wara l-ammissjoni tagħhom, il-Maġistrat Simone Grech qieset il-fatt li ammettew kif ukoll il-fedina penali tagħhom. Iż-żewġ Sirjani ġew ikkundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Iż-żewġ Sirjani ġew ordnati jħallsu €28,000 lill-parti ċivile kif ukoll ftit aktar minn €1,500 lill-vittma li kellha ħsarat fil-karozza.
//= $special ?>