L-ebda sorpriża fil-Grand Prix ta’ Spanja hekk kif is-sewwieq ta’ Red Bull, Max Vestappen, temm fl-ewwel post b’distakk ta’ ftit iktar minn żewġ sekondi minn Lando Norris ta’ McLaren li għamel pressjoni kbira matul it-tellieqa, speċjalment wara l-kwalifikazjoni eċċezzjonali li kellu.
Ritorn fuq il-podium għal Lewis Hamilton ta’ Mercedes hekk kif spiċċa fit-tielet post, segwit minn sieħbu tal-istess tim George Russel.
Fil-ħames u sitt post rispettivament temmew il-koppja ta’ Ferrari, Charles Leclerc u Carlos Sainz.
Oscar Piastri ta’ McLaren ma laħaqx il-livelli ta’ sieħbu Norris hekk kif temmew fis-7 post, segwit minn Sergio Perez ta’ Red Bull.
Iż-żewġ sewwieqa ta’ Alpine Pierre Gasly u Esteban Ocon kienu l-aħħar sewwieqa li daħlu mal-ewwel għaxra.
//= $special ?>