EURO 2024 Futbol Sport

“Wara t-telfa kontra Spanja rridu nħarsu ‘l quddiem u nibqgħu attenti għal logħba li jmiss” – Matteo Darmian, plejer tal-Italja

Id-difensur laterali Taljan Matteo Darmian attenda l-konferenza stampa qabel l-aħħar partita minn Grupp B kontra l-Kroazja. Din kienet l-ewwel konferenza tat-tim Nazzjonali Taljan wara t-telfa kontra Spanja ta’ 1-0

Darmian beda billi jitkellem fuq il-partita li jmiss kontra l-Kroati. Huwa stqarr li l-iskwadra kollha ppreparaw kif xieraq u kkummenta wkoll fuq il-kundizzjoni fiżika tiegħu u qal li huwa dejjem lest għad-dispożizzjoni tal-kowċ Spalletti.

Huwa qal li jinsab ħerqan li jerġa’ jiltaqa mal-eks midfielder ta’ Inter Brozovic, li kien jilagħab miegħu bosta snin.

Id-difensur ta’ Inter kompla jgħid li l-Kroazja huwa avversarju perikoluż, li kellu bidu ħażin madankollu għandu l-esperjenza u l-kwalità biex idawwar l-istorja, u b’hekk it-tim Taljan għandu joqgħod attent kif se jidħol għal din il-partitia.

Darmian tkellem ukoll fuq il-partita li tilfu kontra Spanja, u qal li minkejja d-diżappunt, hu flimkien ma’ sħabu l-kowċis analizzaw il-problemi u qed iħarsu ‘l quddiem għall-konfront kontra l-Kroazja.